Internazzjonali

FILMAT : 31 passiġġier jindarbu waqt titjira tal-Etihad

Waqt titjira tal-Etihad Airways, 31 persuna ndarbu u disgħa minnhom weġġgħu gravi wara li t-titjira għaddiet minn turbelanza qawwija.

L-ajruplan kien fuq titjira minn Abu Dhabi lejn il-kapitali tal-Indoneżja Jakarta meta l-ajruplan Airbus A300-200 inqabad f’ħafna taqlib tal-arja.

Għalkemm l-ajruplan spiċċa niżel mingħajr problemi, 30 persuna ndarbu li minhom disa’ kellhom jittieħdu l-isptar.

L-Etihad f’kummenti wara dan l-inċident qalet li t-titjira kien fadlilha 45 minuta biex tasal fid-destinazzjoni tagħha.

Agħfas il-link għall-filmat
incident etihad2