Lokali

Jingħata l-aħħar tislima l-eks Ministru Ġużi Spiteri

Illum Ġużi Spiteri ingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar. Spiteri miet fl-eta ta’ 95 sena nhar is-6 ta’ Frar.

Ġużi Spiteri, eks Ministru fil-Kabinett tal-Prim Ministru Ġorg Borg Olivier bejn l-1966 u l-1971. Huwa serva bħala Ministru għall-Biedja, is-Sajd, il-Kummerċ u l-Industrija. Hu rikonoxxut ukoll bħala wieħed li ħadem ħafna fil-Partit Nazzjonalista fi żmien storiku għall-pajjiż.