Lokali

Jinqata’ s-servizz ċellulari waqt l-inżul tar-Reġina

Kmieni llum waranofsinhar eluf ta’ persuni spiċċaw mingħajr il-possibiltà li jagħmlu jew jirċievu telefonati u messaġġi fuq il-linji tal-mobile. Inċidentalment, il-qtugħ seħħ fil-ħin li r-Reġina Eliżabetta u l-Familja Irjali kienu qed jagħmlu l-inżul tagħhom f’Malta.

Persuni li tkellmu ma’ Netnews.com.mt qalu li wieħed mill-operaturi tas-servizzi ċellulari kkonferma magħhom li s-servizz kollu nqata’ għal perjodu twil minħabba “s-sigurtà”.

Imma persuni oħra kkwotaw uffiċjali tal-customer care tal-istess kumpanija, li min-naħa l-oħra qalulhom li s-servizz inqata’ minħabba manutenzjoni fuq is-sistemi minħabba li x-xita li għamlet.

Eluf spiċċaw mingħajr servizz għal ħin twil, bejn wieħed u ieħor fil-ħin li l-ajruplani tal-Familja Irjali waslu qrib il-gżejjer Maltin sal-ħin li l-ajruplani għamlu l-inżul tagħhom.

Il-wasliet tal-membri tal-Familja Irjali kienet dominati minn sigurtà stretta.

sigurta 2

sigurta' 1