Internazzjonali

Jinqatel il-kap tal-ISIS f’Fallujah

The city of Fallujah, Al Anbar Province, Iraq, during Operation IRAQI FREEDOM.

Hekk kif qed tirranka l-offensiva tal-Gvern Iraqi kontra l-belt ta’ Fallujah, jidher li l-kap tal-ISIS f’din il-belt inqatel f’attakk mill-ajru li twettaq mill-Istati Uniti.
Fallujah kienet l-ewwel belt li waqgħet f’idejn l-ISIS fl-2014 u li poġġiet il-grupp fuq fomm kullħadd.
Fl-offensiva kontra Fallujah, filwaqt li mill-art qed javvanza l-militar Iraqi, mill-ajru, l-ISIS qed ikun ibbumbardjat mill-Amerikani u l-ġlied qed jitqies vjolenti ħafna.
Jidher li l-ġellieda tal-ISIS fil-belt, li hu stmat li jlaħħqu madwar 2,000 imma armati sew, qed iżommu madwar 50,000 persuna residenti tal-belt bħala tarka umana.