Internazzjonali

Jinsisti li għadu jmexxi l-Boko Haram

Abubakar Shekau, il-kap tal-grupp militanti Iżlamiku tal-Boko Haram, reġa’ feġġ f’filmat li tpoġġa fuq l-Internet nhar il-Ħadd.
Dan wara stqarrijiet mill-militar Niġerjan li kien indarab serjament u aktarx miet.
Fil-filmat ta’ madwar 40 minuta bid-data tal-25 ta’ Settembru Shekau jirreferi għal dawn ir-rapporti biex jiċħadhom.
Fit-23 ta’ Awwissu, l-Armata Niġerjana ħabbret li Shekau kien indarab serjament waqt attakk mill-ajru. Iżda qabel din l-okkażjoni, kien hemm drabi oħra li l-awtoritajiet Niġerjani qalu li Shekau kien saħansitra nqatel biex jerġa’ jfeġġ f’video. Iżda f’din l-aħħar okkażjoni, l-istqarrija tal-militar Niġerjan kienet ftit aktar kredibbli peress li f’filmat li nħareġ fit-13 ta’ Settembru mill-Boko Haram, fih ma kienx hemm Shekau.