Internazzjonali

Jintemm il-vjaġġ tal-Papa fl-Afrika

epa05049446 Pope Francis arrive to lead a mass at the Barthelemy Boganda Stadium, in Bangui, Central African Republic, 30 November 2015. Pope Francis is on a last leg of a six days visit that took him to Kenya, Uganda and the Central African Republic from 25 to 30 November. EPA/DANIEL DAL ZENNARO

Qed jtiqies bħala vjaġġ importanti u li rnexxa dak li għamel il-Papa Franġisku fi tliet pajjiżi Afrikani. Pajjiżi kollha mifnija minn vjolenza u faqar u fejn il-kundanna ta’ dan spikkat fil-messaġġi tal-Papa.
Il-Papa t-Tnejn temm il-vjaġġ fir-Repubblika Ċentrali Afrikana. Dan wara li żar il-Kenja u l-Uganda.
Fl-aħħar ġurnata tiegħu f’Bangui, il-kapitali tar-Repubblika Ċentrali Afrikana, hu għamel żjara fil-moskeja fejn saħaq li l-Insara u l-Musulamni kienu aħwa. Din l-aħħar parti tal-vjaġġ tqieset bħala perikoluża peress li r- Repubblika Ċentrali Afrikana hi mifnija minn vjolenza bejn Insara u Musulmani u l-moskeja tinsab f’parti perikoluża tal-kapitali minħabba l-ġlied li hemm.Fil-moskeja, il-Papa indirizza lil dawk il-Musulmani li sabu kenn hemmhekk wara li kellhom jaħarbu minn djarhom minħabba l-ġlied li hemm mal-Insara. Il-Papa stqarr li ż-żjara tiegħu f’Bangui ma kienitx tkun kompluta kieku ma żar il-moskeja.
Wara f’Bangui, hu konċelebra quddiesa fl-aħħar parti tal-vjaġġ Afrikan.
Il-Ħadd, il-Papa għamel appell biex jintemm il-ġlied fil-pajjiż.
Il-vjaġġ f’Bangui kien l-ewwel wieħed tiegħu f’zona ta’ gwerra u l-aħħar waqfa qabel ma rritorna lura l-Vatikan.