Internazzjonali

Jintemm is-summit tal-G20 għall-aktar pajjiżi industrijalizzati tad-dinja

Is-summit tal-G20 għall-aktar pajjiżi industrijalizzati tad-dinja li sar fic-Cina intemm u l-Ministri tal-Finanzi wissew li żdiedu l-elementi ta’ sogru għall-ekonomija tad-dinja wara l-vot tar-Renju Unit biex iħalli l-Unjoni Ewropea.

Il-G20 fil-fatt tenna li r-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit, fejn il-Britanniċi ddeċidew li joħorġu mill-Unjoni Ewropea, kompla jżid mal-inċertezza għall-ekonomija globali. Filwaqt li l-G20 awgura li r-Renju Unit ikompli bħala sieħeb kbir tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin, is-suġġett tal-Brexit spikka waqt il-jumejn ta’ taħditiet fiċ-Ċina.