Għawdex Lokali

Jippersisti d-dewmien minħabba ħsara fuq l-MV Malita

Fl-aħħar jiem ippersista d-dewmien kbir fil-portijiet tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa minħabba ħsara fuq waħda mir-rampi tal-vapur MV Malita. Dan filwaqt li mhux magħruf meta l-ħsarat se jkunu msewwija.

Waħda mir-rampi tal-vapur tal-Gozo Channel ‘MV Malita’ mhux qed taħdem u għaldaqstant, il-karozzi kollha jridu jitilgħu u jinżlu mill-istess rampa. Dan qed iwassal għal proċedura itwal biex il-karozzi jitilgħu fuq il-vapur u jduru bil-lest biex ikunu jistgħu jinżlu mill-istess rampa mal-wasla tal-vapur.

Dan apparti l-ħin li qed jieħu l-vapur biex, mal-wasla tiegħu fil-port tal-Imġarr jew taċ-Ċirkewwa, idawwar b’mod li jippożizzjona ruħu mal-moll skont in-naħa li minnha jkunu daħlu l-karozzi.

NETnews.com.mt bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet lill-management tal-Gozo Channel. Fost l-oħrajn, staqsejna meta se tkun imsewwija l-ħsara fir-rampa tal-MV Malita. Staqsejna wkoll jekk hux qed jingħata servizz ta’ ‘shuttle’ b’aktar vapuri biex jagħmel tajjeb għad-dewmien ikkawżat mill-MV Malita. Għal dawn il-mistoqsijiet, ma rċevejna l-ebda risposta.

Ritratt li ttieħdu dalgħodu

vapur t'ghawdex 2