Internazzjonali

Jisfida l-Everest mingħajr swaba

Xabbatur mill-Ġappun li kien tilef disa’ swaba ta’ idejh bl-effetti ta’ ‘frostbite’ jinsab qrib li jikkonkludi l-aħħar fażi ta’ sfida straordinarja u jilħaq il-quċċata tal-Muntanja Everest.

Skont l-aħħar kuntatti, il-Ġappuniż, Nobukazu Kuriki, ta’ 33 sena, jinsab fir-rotta magħrufa bħala ‘South Col’ ( passaġġ bejn il-muntanji) fejn kien qed jistrieħ qabel l-aħħar tentattiv biex jirrealizza din il-ħolma.

Kuriki hu l-ewwel persuna li pprova jitla’ mal-muntanja Everest mindu seħħ it-terremot terribbli ta’ April fin-Nepal. Dan, fil-fatt, hu l-ħames tentattiv tax-xabbatur fl-aħħar sitt snin.