Omm u bintha allegatament ħadu b’€400 minn stationery li jinsab fi Triq is-Sur, fil-Fgura bis-sidien ikunu kostretti jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jintgħarfu ż-żewġ nisa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, il-Ġimgħa, ftit wara s-19:20 biż-żewġ nisa jinqabdu fuq kameras tas-sigurta’. Huma jidhru l-ewwel iduru mal-ħanut, josservaw l-oġġetti għall-bejgħ u jiġbru wħud minnhom qabel telqu mingħajr ma ħallsu.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija u kull min għandu xi informazzjoni qed jintalab jirraporta, anke’ jekk b’mod anonimu.
//= $special ?>
