Lokali

Jitħallew l-moll taċ-Ċirkewwa minħabba nuqqas ta’ organizzazjoni

Diversi persuni li bħalissa qegħdin jistennew il-vapur ta’ Għawdex il-moll taċ-Ċirkewwa ikkuntattjaw dan l-istazzjon biex jiddeskrivu s-sitwazzjoni li hemm bħalissa. L-ebda ħaddiem tal-Gozo Channel mhux qiegħed preżenti biex jidderiġi l-karozzi li tilgħin fuq il-vapur. Riżultat ta’ dan, diversi karozzi qabżu l-kju filwaqt li min osserva r-regoli u ma qabiżx il-kju baqa’ l-art.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit komplew jgħidu li meta staqsew għaliex ma kien hemm l-ebda ħaddiem preżenti biex jidderrieġi l-karozzi, ir-risposta kienet li dawn intbagħtu d-dar, lura Għawdex, minħabba l-maltemp.

Għalkemm pulizija tat-traffiku mar jidderiġi l-karozzi, persuni li kienu ilhom jistennew il-vapur tas-7pm xorta waħda baqgħu ma telgħux fuq il-vapur minħabba li dan kien laħaq imtela b’dak in-nies li qabżu l-kju.

Il-moll taċ-Ċirkewwa bħalissa invażat bil-vetturi, li għadhom ma jafux jekk huw se jaħdem il-vapur tad-9.30pm minħabba l-maltemp u ma jafux jekk hux se jilħqu jitilu abbord il-vapur minħabba l-ammont ta’ karozzi li hemm.