Id-Deputat Laburista Silvio Schembri talab lill-Prim Ministru jara li mill-aktar fis jitneħħa l-monument fir-roundabout ta’ Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.
Il-Prim Ministru ma weġibx mistoqsija tad-Deputat Laburista biex titneħħa l-istruttura hekk imsejħa “monument” li tinsab fir-roundabout ta’ Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa minħabba li qal li din l-istruttura ġiet imposta minn Gvern preċedenti mingħajr konsultazzjoni la mal-kunsill lokali wisq anqas mar-residenti Luqin; li l-istruttura m’għandha l-ebda rabta mal-istorja jew mar-residenti Luqin; li din l-istruttura kemm-il darba kienet suġġett għal żeblieħ fil-konfront tar-residenti ta’ Ħal Luqa; li din l-istruttura qiegħda hemm kontra l-liġi għaliex m’għandhiex permess maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA); u minħabba li hemm enforcement maħruġa fis-sena 2006 mill-MEPA fuq din l-istess struttura sabiex titneħħa iżda sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni.
Il-Prim Ministru wieġeb biss lid-Deputat Laburista li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
//= $special ?>