Lokali Qorti

Jitressqu l-qorti ż-żewġ Libjani dwar il-qtil tal-Kolumbjan – jinżammu arrestati

Dalgħodu tressqu l-Qorti ż-żewġ Libjani b’konnessjoni mal-qtil tal-Kolombjan f’Paceville.

Iż-żewġ Libjani, Zyad Mohamed Drebeka ta’ 23 sena u Ahmed Rasem Franka ta’ 30 sena inżammu arrestati wara li huma ma talbux għal-libertà proviżorja. Għalhekk huma ntbgħatu l-Ħabs ta’ Kordin sakemm jitkomplew il-proċeduri fil-konfront tagħhom. Il-Libjani m’ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom.

Huma dehru quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Il-Libjani tressqu l-Qorti wara li jumejn ilu nstabu mistoħbijin fi gwardarobba waqt tfittxija li saret mill-Pulizija f’appartament fi Triq il-Wileġ f’San Lawrenz.

Il-Kolumbjan, Carlos Augusto ta’ 37 sena, miet tlett ijiem wara li kien involut f’argument f’Paceville u sofra ġrieħi serji.

WhatsApp-Image-20160527

Ritratti : The Malta Independent

Ahmed Rasem Franko u Zyad Mohammed Drebeka: Imfittxija mill-Pulizija