Lokali

Jittieħed l-isptar wara li waqa’ minn għoli fis-Selmun

Ftit tal-ħin ilu tifel ittella’ minn għoli wara l-barracks fis-Selmun hekk kif dan jidher li kien qed isuq rota, tilef il-kontroll u waqa’.

Wara li saret talba għall-għajnuna, fuq il-post wasal immedjatament tim mediku permezz ta’ ambulanza, kif ukoll uffiċjali tal-protezzjoni ċivili minħabba li kien maħsub li l-post fejn waqa’ ma kienx aċċessibbli.

Madankollu hu ġie rkuprat u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Madankollu l-kundizzjoni tiegħu għad mhix magħrufa.