Lokali

Joseph Muscat għandu jippubblika l-irċevuti tal-vaganza tiegħu f’Dubai bla aktar dewmien

Fl-aħħar għaxart’ijiem, il-Partit Nazzjonalista sfida għal darba, darbtejn, lill-Prim Ministru biex jippubblika l-irċevuti u jgħid min ħallas għall-vaganza f’Dubaj tiegħu f’Marzu li għadda, f’waħda mill-aktar lukandi li jiswew flus f’Dubaj.

Joseph Muscat mhux talli ħarab minn din l-isfida talli għamilha ta’ bir-ruħu li ma jafx biha.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jerġa’ jitlob lill-Prim Ministru sabiex, f’ġieħ it-trasparenza, jippubblika l-irċevuti tal-lukanda f’Dubaj u jgħid min ħallashom.

Hu fl-interess pubbliku li Prim Ministru jkun trasparenti dwar kemm swiet il-mawra tiegħu f’din il-lukanda u min ħallas għaliha.