Lokali

Joseph Muscat imur Dubaj

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum waranofsinhar ħalla Malta għal Dubaj fejn se jipparteċipa fir-raba’ edizzjoni tal-World Government Summit – avveniment li jġib flimkien gvernijiet, policy makers, u kapijiet eżekuttivi mis-settur privat f’diskussjoni dwar il-ħarsa lejn il-futur fit-tmexxija tal-pajjiżi.

Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, u s-Segretarju Prinċipali Permanenti Mario Cutajar.