Lokali

Joseph Muscat jgħid li evolva! – Ma jammettix li kien fuq in-naħa l-ħażina dwar l-UE

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jammettix li fil-proċesss ta’ sħubija ta’ Malta fl-UE hu kien fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja u jsostni li llum hu evolva fil-ħsieb tiegħu. Dawn il-kummenti l-Prim Ministru għamilhom meta kien intervistat min-NET TV dalgħodu fl-Isla.

NET News staqsa lill-Prim Ministru kif jista’ jitwemmen meta jmur l-Iniglterra jappella lin-nies biex jivvutaw favur li l-Ingilterra tibqa’ fl-UE meta hu kien kontra li l-poplu Malti jissieħeb fl-UE. Filwaqt li kien ikkonfrontat bid-diskorsi tiegħu kontra l-UE u issa favur l-UE għall-poplu Inlgiż, il-Prim Ministru qal li hu qed jevolva fil-ħsieb tiegħu u li hu ħażin li bniedem jibqa’ jwebbes rasu.

Il-Prim Ministru semma d-diversi aspetti pożittivi tal-UE fosthom il-parteċipazzjoni fil-Parlament u l-fondi; liema aspetti ma kinux ikunu possibbli kieku l-poplu Malti ma vvutax favur l-UE u ma warrabx il-pariri ta’ Joseph Muscat dwar l-UE.