Lokali

Joseph Muscat kien jaf bl-iskandlu tal-visas mediċi – The Malta Independent

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien jaf bl-iskandlu tal-visas mediċi, saħansitra sa’ ġimgħat sħaħ qabel il-każ għadda għand il-Pulizija mill-Ministru Chris Fearne. Dan kien irrappurtat mill-gazzetta The Malta Independent on Sunday.

The Malta Independent qalet li f’risposti għal mistoqsijiet tagħha, il-Prim Ministru kkonferma li hu jaf lill-whistleblower Khaled Ben Nasan u ltaqa’ miegħu kemm-il darba.

Iżda għad-dikjarazzjoni ta’ The Malta Independent li l-Prim Ministru kien jaf bl-iskandlu ġimgħat qabel ma l-każ għadda għand il-Pulizija, l-Uffiċju tal-Prim Ministru ħareġ stqarrija b’żewġ dikjarazzjonijiet kunfinġenti.

Fl-ewwel paragrafu tal-istqarrija, l-Uffiċju tal-Prim Ministru qal li l-istorja li l-Prim Ministru kien jaf bl-allegazzjonijiet hija “gidba sfaċċata bl-iskop malizzjuz li tqarraq bil-qarrejja”.

Iżda mbagħad, fit-tieni paragrafu, l-istqarrija tgħid li “f’dan il-każ il-Prim Ministru għadda l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet, u hija gidba li l-Prim Ministru aġixxa mod ieħor”.

Madanakollu jirriżulta li l-verżjoni ta’ The Malta Independent, li Muscat kien jaf bl-iskandlu, hija minnha, għax il-possibiltà ta’ tbgħabis fil-ħruġ tal-visas kienet tqajjmet mill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-laqgħa tal-Kumitat tas-Sigurtà.

Apparti minn hekk, iqumu mistoqsijiet dwar dak li nqal fl-istqarrija tal-Gvern, li tgħid li Muscat għadda l-informazzjoni lill-awtoritajiet, peress li jirriżulta li kien il-Ministru Chris Fearne li għadda l-każ għand il-Pulizija għall-investigazzjoni.

Intant, fir-rapport ta’ The Malta Independent, jintqal ukoll li hemm irċevuti li juru €35,000 f’ħlasijiet li saru lil Neville Gafà mill-whistleblower, ħlasijiet għall-visas mediċi li ma mmaterjalizzaw qatt.

L-istqarrija tal-Gvern: L-ewwel żewġ paragrafi jmeru lil xulxin

stqarrija gvern