Kurżitajiet

Karozza tal-1939 mistennija tinbigħ għall- $15-il miljun

Karozza sportiva tal-għamla Alfa Romeo, tas-sena 1939, se tkun irkantata f’Awwissu li ġej f’Kalifornja.

Din il-karozza hi deskritta bħala waħda mill-aktar karozza eleganti, sabiħa u li tiġri. Din il-karozza hi waħda mill-ftit mudelli ta’ karozzi li kienu jeżistu qabel il-gwerra u għalhekk il-prezz tagħha mistenni jitla għal madwar 15-il miljun dollaru Amerikan. Filfatt, jekk waqt l-irkant jintlaħaq dan il-prezz, jista’ jkun li jinkiteb rekord ġdid għall-ogħla prezz li qatt ingħata lil karozza ta’ qabel il-gwerra.