Ekonomija Lokali Unjoni Ewropea

Karta ġdida tal-€20; fl-idejn mil-lum

epa05040020 New 20-euro banknotes are photographed at the Dutch Bank in Amsterdam, The Netherlands, 24 November 2015. The banknotes enter circulation starting 25 November 2015. EPA/KOEN VAN WEEL

Il-Bank Ċentrali Ewropew, illum, niedha l-karta l-ġdida tal-€20 , it-tielet fis-sensiela Europa li ser tkun qegħda tiċċirkola fis-suq.

B’kuluri aktar qawwija l-€20 fiha karatteristika ta’ sigurtà ġdida – “tieqa bil-wiċċ” bi xbieha ta’ wiċċ Europa, figura tal-mitoloġija Griega, li tidher miż-żewġ naħat tal-karta.Il- €5, l-€10 u issa anke l- €20 ghandhom l-istess xbieha fil-watermark flimkien ma’ numru aħdar żmerald li juri effett tad-dawl miexi ’l fuq u ’l isfel meta tmejjel il-karta tal-flus.

Minkejja li mistennija tkun aktar reżistenti kontra l-falsifikazzjoni kien provdut materjal biex l-apparat li jipproċessa l-karti tal-flus jiġi adattat faċilment għall-€20 ġdida. Il-karti tal-€20 tal-ewwel sensiela se jibqgħu valuta legali u jkomplu jiċċirkolaw flimkien mal-karti l-ġodda, iżda aktar ’il quddiem se jibdew jitneħħew ftit ftit miċ-ċirkolazzjoni.

Fil-websajt www.karti-godda-tal-euro.eu jinstab filmat bl-isem “Skopri l-karta l-ġdida tal-€20”, bi 23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, biex jagħti iżjed tagħrif dwar il-karta l-ġdida u kif għandek tiċċekkjaha.

Illum tiftaħ ukoll il-kompetizzjoni onlajn Euro Run (Ġirja għall-Euro) għal tfal ta’ bejn 9 snin u 12- il sena li joqogħdu fiż-żona tal-euro.Il-kompetizzjoni li tinvolvi logħba ta’ 7 livelli u mistoqsijiet ħfief dwar il-karti u l-muniti tal-euro fost l-ohrajn u tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Frar 2016. Bi premju ta’ karta ġdida tal-€20 magħluqa fi kwadru b’dedika speċjali.