Lokali

Każ ieħor ta’ serq ta’ pjanti

Wara l-każ ta’ serq ta’ pjanti tal-kaktus, illum dan is-sit qiegħed jippubblika ritratti ta’ każ differenti illi juri serq ta’ aktar pjanti minn quddiem dar residenzjali. Dan il-każ partikolari seħħ fil-Ħamrun.

Jidher li s-serq tal-pjnati (għal xi raġuni) qed tkun xi ħaġa regolari.

F’dan il-każ tal-Ħamrun, sid il-pjanta qalilna illi din m’għandha l-ebda valur. “Kieku talabieli kont nagħtijielu bil-qalb kollha. Imma mhux hekk”, qalilna is-sid.

Ilbieraħ irrapurtajna kif żewġ persuni, akkumpanjanti minn tifla, il-Ħadd dehru jisirqu pjanti tal-kaktus barra blokk appartamenti fil-Birgu. Il-kaktus jiswew €2 ‘l waħda.

Fuq il-midja soċjali, il-persuna li ppubblikat dawn ir-ritratti rrimarkat li din it-tifla kienet esposta għal dan l-eżempju xejn sabiħ mingħand żewġ adulti.

Jisraq 2