Kultura Lokali Mużika

Kelliem tal-EBU jikkonferma li d-diska tista’ tinbidel

Waqt żjara f’Malta kelliem tal-European Broadcasting Union, l-EBU, l-organizazzjoni li torganizza l-Eurovision Song Contest, Jan Ola Sand kkonferma li Malta għadha f’posizzjoni li tibdel id-diska li biha tiġi rrapreżentata fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju fl-Isvezja.

Din il-konferma tiġi fl-isfond ta’ xniegħat persistenti li hemm ċans li d-diska tal-kantanta Maltija Ira Losco tinbidel għal kollox jew nkella jsiru fiha bidliet sinjifikanti; xi ħaġa li hija permessibli skond ir-regoli. Malta trid tissottometti d-diska lill-EBU sa ħames ġimgħat oħra.

Kull tibdil li jsir, skond ir-regoli, irid isir b’konsultazzjoni mal-kompożitur u l-awtur tad-diska oriġinali u mal-kantant jew kantanta.

Ira Losco ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta fl-ewwel semi-finali li ser isir fl-10 ta’ Mejju.