Lokali

Kif imbassar: tasal l-ewwel xita wara sajf kiefer

Wara li l-aħħar xhur kienu karatterizzata minn sħana qawwija u nixfa kbira, kif imbassar waslet l-ewwel ħalba xita fuq pajjiżna, b’rapporti minn diversi lokalitajiet amdwar Malta u Għawdex.

It-tbassir tat-temp, skont l-uffiċċju meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jindika li l-jiem li ġejjin huma karatterizzati minn ċans li tkompli x-xita, minkejja li t-temperaturi jibqgħu qrib it-30 grad celcius u b’indiċi UV ta’ madwar 8.