Lokali

Kju twil fl-Imġarr … il-Gozo Channel b’vapur nieqes għax intuża għall-mass meeting tal-Partit Laburista

Il-kumpanija Gozo Channel ma tistax tlaħħaq mal-kju li hemm fl-Imġarr, Għawdex, u lanqas tista’ topera servizz ta’ shuttle hekk kif vapur tal-kumpanija mhux fis-servizz għaliex illum intuża mill-Partit Laburista biex wassal il-Laburisti minn Għawdex sal-Port il-Kbir għall-Mass Meeting tal-Partit Laburista.

Jirriżulta li bħalissa s-servizz bejn Malta u Għawdex qed jaħdem biss b’żewġ vapuri, bil-konsegwenza li fl-Imġarr inġema’ kju twil ta’ Maltin li qed jaqsmu lura lejn Malta.

Iżda meta s-soltu f’każi bħal dawn jiddaħħal vapur ieħor fis-servizz, illum dan ma jistax isir għax it-tielet vapur għaddej bil-vjaġġ minn Malta lejn Għawdex bil-partitarji Laburista li attendew il-mass meeting.

Il-Vapur bil-partitarji Laburisti wasal lura l-Mġarr ftit qabel it-8p.m. u għaldaqstant is-servizz tal-vapur reġa’ beda jaħdem normali.

13151819_10206315177982231_5337660473753852646_n