Għawdex

Konfederazzjoni tinsisti li l-aċċessibilità lejn Għawdex m’għandhiex tkun biss il-mina

Il-Konfederazzjoni Għawdxija tal-Agrikoltura u s-Sajd saħqet li, waqt li temmen li l-aċċessibilità għal Għawdex hi fundamentali għall-iżvilupp tal-gżira, din m’għandhiex tkun limitata biss għall-esplorazzjoni dwar mina taħt il-baħar.

Il-Konfederazzjoni ħarġet stqarrija fi tmiem it-tnedija tal-Front Favur il-Mina, fejn appellat biex jingħata prijorità wkoll servizz veloċi bil-baħar bejn iż-żewġ gżejjer u jitkomplew l-istudji dwar l-impatt tal-airstrip f’Għawdex.

Il-Konfederazzjoni ħeġġet ukoll lill-Ministeru għal Għawdex biex iwaqqaf grupp b’rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f’Għawdex li jiddiskuti l-aspett finanzjarju, dak soċjo-kulturali, legali u ambjentali ta’ kull proposta li jtejbu l-aċċessibilità ta’ Għawdex.