Lokali

Konferma li l-periti tal-GHRC m’aċċettawx it-tielet talba ta’ Filiberti

Wara d-dikjarazzjonijiet li saru fil-programm Le Iene li xxandar fuq stazzjon tat-televizjoni Taljan, il-konsorzju Bib JV iddikjara li l-allegazzjoni li l-GHRC waqfet il-pagamenti minn mindu tbiddel il-Gvern fl-2013 mhumiex vera.

Fi stqarrija, il-konsorzju qal illi l-pagamenti saru skont ix-xogħol kif ċertifikat mill-periti konsulenti tal-istess GHRC – il-Grand Harbour Regeneration Corporation.

Intqal illi l-kumpanija Filiberti ressqet talba ta’ ħlas għal-xogħolijiet żejda li sostniet li għamlet għas-somma ta’ miljun u seba mitt elef ewro fl-2014, liema claim ġiet milqugħa u tħallset kollha.

Kienu l-istess periti tal-GHRC li ma aċċettawx it-tielet claim li ressqet il-kumpanija Filiberti u li minnha qed tilmenta l-kumpanija fil-mezzi tax-xandir.

Għalhekk minn din l-istqarrija joħroġ ċar li għad hemm talba għal ħlas li qed tiġi kontestata mill-kumpanija Taljana, u li sa issa ma ġietx aċċettata mill-Gvern Malti.