Internazzjonali

Konferma li ż-żejt ilu sena taħt il-prezz ta’ $50

Ċifri li ħarġu illum jikkonfermaw illi il-prezz taż-żejt ilu sena sħiħa taħt il-50 dollaru kull barmil. F’Jannar kien saħansitra 28 dollaru kull barmil.

Qed ikun imbassar illi ż-żejt se jżomm dan il-prezz baxx ta’ ħamsin dollaru għax-xhur li ġejjin, u forsi jitla’ sittin dollaru kull barmil sa tmiem is-sena d-dieħla.