Lokali

KONFERMATA: Tlieta mill-vittmi huma uffiċjali mill-Ministeru tad-Difiża Franċiż

Sorsi qrib il-media Franċiża kkonfermaw li tlieta mill-vittmi tal-inċident li seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huma uffiċjali mill-Ministeru tad-Difiża Franċiż. It-tnejn l-oħra huma wkoll Franċiżi, li jaħdmu ma’ kumpanija privata – dawn kienu l-membri tal-ekwipaġġ.

NETnews.com.mt jista’ jikkonferma li l-ajruplan qatt ma kien fi triqtu lejn il-Libja. Watra t-titjira ta’ dalgħodu, l-ajruplan kellu jerġa’ jinżel lura pajjiżna.

Intant, fil-post tal-inċident dalgħodu kien hemm ukoll Rev. Martin Cardona, li huwa l-Arċipriet tal-Gudja, li bierek il-katavri qabel dawn ittieħdu lejn il-Kamra Mortwarja. L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Doreen Clarke.