Internazzjonali

Konfronti f’Hong Kong bejn pulizija u bejjiegħa tal-ikel illegali

Police remove barricades erected by pro-democracy protesters at the main protest site in Admiralty in Hong Kong October 13, 2014. Hong Kong police removed some barricades erected by pro-democracy protesters at key sites in the heart of the city on Monday to relieve traffic chaos that has plagued some districts during rush hour. REUTERS/Carlos Barria (CHINA - Tags: POLITICS CIVIL UNREST TPX IMAGES OF THE DAY)

Inqalgħu xi konfronti vjolenti bejn il-Pulizija u l-bejjiegħa li tellgħu stands tal-ikel illegali fl-inħawi ta’ Hong Kong għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida Lunari.

Il-ġlied iddomina fid-distrett ta’ Mong Kok meta l-ispetturi tal-ikel u l-iġene ippruvaw iwarrbu lill-bejjiegħa minn zona ffullata bin-nies.

Gruppi ta’ dimostranti tefgħu l-ġebel lejn il-Pulizija, li min-naħa tagħhom użaw il-lembubi u l-pepper spray fuq l-elementi vjolenti. Ir-rapporti mill-inħawi qalu li għexieren ta’ nies spiċċaw arrestati u li madwar 100 weġġgħu fl-inċidenti.

Sadanittant, rapporti oħra qalu li l-midrubin fl-inċidenti kienu jinkludu għexieren ta’ pulizija u numru ta’ ġurnalisti.

Hong Kong hu Reġjun Amministrattiv Speċjali taċ-Ċina u l-inkwiet kien l-akbar fit-territorju mindu, fl-2014, kienu saru l-protesti kbar fit-toroq favur id-demokrazija.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, CY Leung ikkundanna l-inċidenti fid-distrett ta’ Mong Kok u qal li Hong Kong ‘ma jista’ qatt jittollera l-inkwiet’. Hu sostna wkoll li l-Pulizija mhix se żżomm lura fl-isforzi biex tarresta lid-dimostranti li mexxew din il-vjolenza.