Lokali

Konrad Mizzi uffiċjalment kandidat għal kariga ta’ Deputy Leader Laburista

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi uffiċjalment sottometta n-nomina tiegħu għal kariga ta’ Deputy Leader tal-Partit Laburista. Dan jikkonferma dak li ilu jingħad fl-aħħar jiem, jiġifieri li kollox jinstab bil-lest sabiex Konrad Mizzi jieħu l-kariga ta’ Deputy Leader wara li Toni Abela ġie nominat għal Qorti Ewropea tal-Awdituri.

In-nomina ta’ Mizzi saret possibli wara emenda għall-istatut mressqa minn Joseph Muscat stess sabiex membri parlamentari jkunu jistgħu jokkupaw il-kariga; emenda li għaddiet b’392 vot favur u vot kontra minn fost id-delegati Laburisti preżenti għal Konferenza Straordinarja li saret il-bieraħ.

Konrad Mizzi, li taħt it-tmexxija tiegħu hemm fost oħrajn il-proġett tal-Power Station li suppost bdiet taħdem f’Marzu 2015 iżda li għadha s’issa mhux lesta minkejja wegħda speċifika, huwa meqjus qrib ħafna tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

In-nominazzjonijiet għal kariga ta’ Deputy Leader jgħalqu nhar it-Tlieta li ġej.