Lokali Qorti

Koppja Pollakka tispiċċa l-Qorti wara li kienu qed jgħumu għarwenin fis-2am

Koppja Pollakka ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti wara li ammettew li lbieraħ fis-2am niżlu jgħumu għarwenin.

Il-Koppja, Piotr Roznerski ta’ 26 sena u Monika Piotrowska ta’ 23 sena, tressqu l-Qorti dalgħodu akkużati li kienu qed jgħumu għarwenin.

Jirriżulta li ż-żewġ Pollakki ntlemħu bla ħwejjeġ minn uffiċjali tal-Pulizija li kienu qed jagħmlu ronda regolari.

Iż-żewġ persuni ammettew l-akkuża u ngħataw sentenza sospiża għal 12-il xahar.