Lokali

Kriminali Libjani f’Malta involuti fi traffikar ta’ nies u kuntrabandu

F’Malta hawn numru ta’ Libjani perikolużi involuti f’attività kriminali fil-Mediterran li hija mibnija fuq traffikar ta’ nies, kuntrabandu ta’ affarijiet u negozju ta’ fuel.

Artiklu fil-Mument jghid li dan kollu qed iseħħ bis-sehem ta’ diversi portijiet fil-Mediterran u numru ta’ bastimenti u opri oħra merkantili.

Dan kien irrapport wkoll is-Sibt fil-gazzetta Corriere della Sera . Artiklu li kien jinkludi wkoll mappa bid-dettalji ta’ din l-attività kriminali.

Il-Corriere della Sera jirraporta li filwaqt li fl-Ewropa u f’pajjiżi fil-Mediterran hawn impenn biex ikunu kontrollati l-influssi ta’ immigranti illegali kif ukoll it-terroriżmu, xorta hawn gruppi ta’ kriminali mifruxa f’diversi pajjiżi fil-Mediterran li qed jirnexxielhom jaħdmu b’suċċess fit-traffikar tan-nies, fil-kuntrabandu u fit-traffikar tal-fuwil.

Ir-rapport ifisser kif dan qed isir l-aktar permezz tal-użu ta’ portijiet fosthom ta’ Misurata u Gabes fil-Libja u ta’ Pozzallo fi Sqallija.

Aqra l-istorja kollha fil-ħarġa tal-lum ta’ IL-MUMENT.