Ktieb ġdid minn Edwin Vassallo dwar il-bżonn tan-nisrani fil-politika

Il-bżonn ta’ xhieda sħiħa tan-nisrani fis-soċjeta’ hu s-suġġett ta’ ktieb ġdid miktub mis-Sindku tal-Mosta u kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali Edwin Vassallo

Dettalji tal-ktieb ingħataw waqt laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Laqgħa indirizzata mill-awtur tal-ktieb, Edwin Vassallo, fil-preżenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Fil-pubblikazzjoni tiegħu, l-awtur iressaq numru ta’ argumenti fosthom il-mod kif il-fidi mhijiex affari privata tal-individwu; l-isfida tal-fidi fil-ħajja ta’ kuljum; il-mod kif in-nisrani għandu jixhed għall-fidi tiegħu fil-familja, fil-post tax-xogħol, fil-komunita’ u fis-soċjeta’; u d-dmir tan-nisrani fil-politika, fil-ħidma soċjali u fil-kummerċ – dmir li jkun xhieda tal-loġika ta’ Gesu’.

Il-ktieb għandu introduzzjoni analitika ta’ Mario Thomas Vassallo u epilogu ta’ Frank Psaila.

Għal-laqgħa kien hemm preżenti wkoll l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami u l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.