Lokali Qorti

Kuċċier ħati li weġġa’ turista bil-karrozzin

Sid ta’ karozzin kien immultat €500 u kellu l-liċenja meħuda għla tliet xhur mill-Qorti wara li instab ħati ta’ sewqan negliġenti u li weġġa’ turist. L-inċident seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2015 meta Oliver Schembri ta’ 35 sena minn Ħal Qormi kien qed isuq il-karozzin tiegħu fi Triq San Pietru l-Imdina. It-triq hi waħda dejqa u ma kellhiex bankina.

Il-vittma, Jocelyn Johnson, resqet mal-ġenb meta rat il-karrozzin ġej idejha inqabdet ġo fih u nħelset biss meta l-akkużat induna bl-inċident. Il-kuċċier akkumpanja lill-vittma fiċ-Ċentrua tas-Saħħa fir-Rabat.

Il-vittma kellha jdejha miksura u għamlet rapport lill-pulizija għal skopijiet ta’ assigurazzjoni u qalet li ma kellha l-ebda ħsieb li ttelef fix-xogħol lill-kuċċier. Hi riedet li tqajjem kuxjena dwar is-swqan f’toroq dojoq tal-Imdina.

Schembri qabel mal-verżjoni tal-vittma u qal li hu kompla jsuq b’veloċita meta rr alill-vittma għaliex beża’ jekk inaqqs iż-żiemel kien jitle fil-kontroll u jaqa’. Il-Maġistrat Doreen Clark illibera lill-akkużat mill-akkuża li saq b’mod perikoluż iżda sabitu ħati li saq b’mod negliġenti