Lokali

Kumitat Eżekuttiv ġdid għal KNŻ

Waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) dalgħodu ġie elett il-kumitat eżekuttiv il-ġdid għal perjodu 2016 – 2018.

Fi stqarrija il-KNŻ qal li ser ikun qiegħed jaħdem sabiex ikun il-vuċi taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-KNŻ irringrazzja lill-għaqdiet membri u l-eżekuttiv li għadu kemm temm il-kariga.

Dawk eletti fl-eżekuttiv tal-KNŻ huma Naomi Bugre, Sean Ellul, Graham Sansone, Martina Camilleri, Monique Agius, Sara Ezabe, Adrian Dominic Ellul, Jasmine Farrugia, Neil Smart Costantino, Kurt Vella, Eman Borg, William Vella u Michael Piccinino li ġie elett fil-kariga ta’ President.

Intant dwar din l-aħbar ikkumenta wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li fuq Twitter feraħ kemm lil Michael Piccinino għal kariga ġdida tiegħu kif ukoll lil membri kollha eletti fi ħdan il-KNŻ. Simon Busuttil awgura ħidma sfieqa b’risq l-aħjar interess taż-żgħażagħ Maltin.

Simon Busuttil