Internazzjonali

Kundanna min-NU għall-provi tal-missili

Iċ-Ċina ssieħbet mal-14 il-pajjiżi l-oħra li jiffurmaw il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex tikkundanna l-aħħar provi tal-missili ballistiċi mill-Korea ta’ Fuq komunista.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ħareġ stqarrija unanima fejn l-Istati membri qablu li jieħdu miżuri sinifikanti bi tweġiba għall-aħħar sparaturi ta’ missili mill-Korea ta’ Fuq li kompliet bil-provi bħala sfida lill-komunità internazzjonali. L-istqarrija kellha wkoll l-appoġġ taċ-Ċina li hi l-akbar alleata tar-reġim komunista fi Pyongyang.

Il-Korea t’Isfel, bejn Lulju u dan ix-xahar, ippruvat numru ta’ missili ballistiċi, b’waħda mill-provi ssir permezz ta’ sottomarin, u bil-Ġappun jispiċċa ‘indikat bħala mira potenzjali’. Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un kien qal li l-prova tal-missila mis-sottomarin irnexxiet u li, issa, ‘il-kapaċità militari ta’ pajjiżu testendi wkoll għall-Istati fir-reġjun tal-Paċifiku.’