Lokali

Kunsillier f’Siracusa arrestat wara li prova jiġi Malta b’16 il-kilo kannabis u 3 kilos marijuana

Tony Bonafede ta’ 31 sena, kunsillier f’Siracusa tal-Partito Democratico tal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, qiegħed jiġi rappurtat mill-portal Sqalli Siracusa News li ġie arrestat flimkien ma’ żewġ rġiel oħra wara li prova jimbarka fuq il-katamaran li minn Pozzallo kien sejjer Malta b’sittax il-kilo ta’ kannabis u aktar minn tlett kilos ta’ marijuana.

It-tlett rġiel, fosthom il-kunsillier Bonafede, kienu ilhom xi jiem taħt l-osservazzjoni ta’ l-iskwadra ta’ kontra d-droga tal-pulizija f’Siracusa.

Huma ttieħdu l-ħabs ta’ Ragusa fejn f’qasir żmien mistennija jibdew proċeduri kriminali kontrihom.