Lokali

Kunsillier Laburista jqabbel il-PN mal-ISIS

Il-Kunsillier Laburista Ray Azzopardi ibiddel l-arma tal-PN u jżid il-kelma “ISIS”.

Il-Kunsillier Laburista tal-Belt Valletta Ray Azzopardi, fuq facebook għażel li jxerred ritratt tal-arma tal-Partit Nazzjonalista imma flok l-ittri “PN” kiteb l-ittri “IS IS” bil-kuluri iswed u abjad. Dan b’referenza ċara għall-grupp terroristiku, ISIS.

Mar-ritratt, il-kunsillier kiteb ukoll “dawn għandna għalfejn nibżgħu minnhom”.

Dawn il-kummenti waslu għal rabja fost diversi persuni, saħansitra mill-Partit Laburista. Sorsi qalulna li dawn saħansitra qed jitolbu biex il-Partit Laburista jieħu azzjonijiet fil-konfront tiegħu.