Formula 1 Sport

L-aħbarjiet fuq saħħet Schumacher m’huma xejn sbieħ

L-aħħar aħbarjiet rigward saħħet Michael Schumacher m’huma xejn sbieħ hekk kif dan ġie kkonfermat mill-eks direttur tal-Ferrari Luca di Montezemolo. Mistoqsi mill-ġurnalisti preżenti rigward saħħet Schumacher, Montezmolo wieġeb biss b’mod qasir hekk kif kull ma qal biss hija l-kundizzjoni tiegħu m’hi xejn sabiħa.

Huwa qal li l-ħajja hija stramba u li żgur Micheal Schumacher se jiqba’ għall-unuri li kiseb. Huwa qal li hija ħasra li dan kull ma kellu biss inċident wieħed fil-Formula 1 u dan kien seħħ fl-1999.