Lokali

L-aħħar jum ta’ impenji għal familja Rjali f’Malta

Għal familja rjali Ingliża llum huwa l-aħħar jum ta’ impenji f’Malta. Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni u d-Duka ta’ Edinburgh il-Prinċep Philip dalgħodu jibdew l-impenji tagħhom b’ċerimonja ta’ tħawwil ta’ siġra fil-ġnien ta’ San Anton. Aktar tard huma ser jżuru s-sit ta’ Heritage Malta f’Bighi fil-Kalkara u l-Yacht Marina tal-Kalkara fejn min hemm bid-dgħajsa jittieħdu lejn il-Belt. L-aħħar impenn tar-Reġina u l-Prinċep Philip ikun fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa

Minn naħa tagħhom l-Prinċep Karlu u martu d-Dukessa ta’ Cornwall dalgħodu jagħmlu żjara fil-Katidral Metropolitan tal-Mdina.

Il-Prinċep Karlu u d-Dukessa ta’ Cornwall iħallu Malta għal ħabta tal-ħdax u għoxrin ta’ dalgħodu filwaqt l-Reġina EliŻabetta t-Tieni u l-Prinċep Philip mistennija jħallu Malta għal ħabta tas-siegħa u kwart ta’ wara nofs in-nhar.