Kurżitajiet Lokali

L-Arċisqof jgħidilna kif jaħsibha dwar il-Pokémon!

Waqt intervista mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, ma stajniex ma nistaqsux dwar l-aħħar manija li serqet l-attenzjoni ta’ nies ta’ kull età.

“Smajt biha” qalilna l-Arċisqof, “imma għadni ma fhimtx kif taħdem” ammetta magħna bi tbissima.

Imma minkejja li l-Arċisqof għadu jrid jifhem kif taħdem il-logħba eżattament, sema’ bl-aħbarijiet ta’ nies li spiċċaw daħlu ġo xi arblu jew ġo xi siġra waqt li kienu qed jilgħabu.

“Qed nara li fiha ċertu perikli” osserva l-Arċisqof, waqt li ssuġerixxa biex niffukaw fuq is-sbuħija reali. “Jekk se nagħmlu l-logħob virtwali, noqgħodu attenti għalina nfusna” temm jgħid l-Arċisqof.