“Skont is-servizzi Taljani, ir-ritratti juru persuni jżommu l-Kalashnikovs”
L-awtoritajiet Maltin għadhom ma rawx ir-ritratti li wasslu għall-arrest ta’ żewġ Sirjani f’Bergamo, u għaldaqstant il-Gvern ma jistax “jgħid iva jew le” dwar il-kontenut tar-ritratti.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan meta dalgħodu kien mistoqsi min-Netnews.com.mt għar-reazzjoni tiegħu wara li sar magħruf li żewġ Sirjani nqabdu f’Bergamo li kienu qed jivjaġġaw b’passaporti foloz lejn Malta.
Muscat qal li skont l-informazzjoni li ngħatat mis-servizzi Taljani, ir-ritratti li nstabu fuq dawn iż-żewġ persuni huma ta “persuni qed iżommu l-kalashnikovs” u fihom “ma kienx hemm sinjali tal-ISIS.”
Il-Prim Ministru temm jgħid li jekk ikun hemm xi theddida kredibbli fil-konfront ta’ Malta, il-Gvern ikun lest li jieħu kull deċiżjoni anke jħassar iċ-CHOGM. S’issa, “m’hemmx din it-tip ta’ informazzjoni,” temm jgħid il-Prim Ministru.
//= $special ?>