Internazzjonali

L-art fiċ-ċentru tal-Italja qed tkompli titriegħed – l-għadd tal-vittmi qed joqrob it-300

L-art fiċ-ċentru tal-Italja qed tkompli titriegħed wara t-terremot tal-bieraħ kmieni filgħodu. Dan hekk kif l-għadd tal-vittmi issa qed joqrob it-300, fosthom ammont kbir ta’ tfal.

L-iżgħar vittma hi tarbija ta’ tmien xhur, bil-Protezzjoni Ċivili Taljana tbassar li l-ammont tal-vittmi se jkompli jiżdied.

L-aktar li sofrew ħsara kienu l-bliet ta’ Accumoli, Pescara del Tronto u Amatrice, b’uħud minnhom saħansitra spiċċaw munzell terrapien wara li kkrolla l-maġġoranza tal-bini.

Kważi 5,000 ħaddiem ta’ salvataġġ huma impenjati fil-ħidma.

Mhux qed ikun eskluż li fost il-vittmi hemm barranin, hekk kif fost il-bini li krolla kien hemm ukoll lukanda f’Amatrice.