Lokali

L-Avukat Chircop intlaqat minn erba’ tiri ta’ arma tan-nar

L-Avukat Carmel Chircop intlaqat b’erba’ tiri ta’ arma tan-nar.

Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija bl-aħħar aġġornamenti relatati mal-omiċidju li seħħ ilbieraħ filgħodu f’Birkirkara. Dan hekk kif illum saret l-awtopsja fuq il-katavru tal-Avukat Chircop.

Madankollu, il-Pulizija qalet li għadha trid tistabilixxi x’tip ta’ arma tan-nar intużat fid-delitt tal-Avukat, ta’ 51 sena u missier ta’ tifel.

Ilbieraħ waranofsinhar, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta qal li fil-post tad-delitt ma nstabu l-ebda skrataċ.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, filwaqt li għadha għaddejja Inkjesta Maġisterjali.