Edukazzjoni Lokali

L-edukazzjoni diskussa f’laqgħa bejn ix-Shadow Minister Therese Comodini Cachia u r-Rettur tal-Università

Ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia iltaqgħet mar-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella.

Is-Shadow Minister qalet li l-Università u l-Partit Nazjzonalista jridu jaħdmu id f’id biex il-kwalità tal-istudenti tibqa’ tajba u saħansitra titjieb.

Hi żiedet tgħid li l-Professur Vella għandu l-kriterji meħtieġa biex imexxi l-edukazzjoni f’Malta ’il quddiem. Tkellmet dwar l-importanza li l-Università toffri opportunitajiet għal studenti maturi. Sostniet li filwaqt li ħafna jaħsbu li l-Univeristà hi post fejn in-nies imorru biex jaqraw u jistudjaw biss, temmen li l-edukazzjoni terzjarja hija post fejn tkabbar il-ħsibijiet.

Therese Comodini Cachia qalet li l-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-Università tieqaf sar riċerka tad-dottorat imma tmur lil hinn. Qalet li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-fondi Ewropej diġa taw kontribut siewi lill-Università

Min-naħa tiegħu, ir-Rettur tal-Università qal li jeħtieġ li l-istudenti li jagħżlu li jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom, isibu l-għajnuna billi dawn iridu jibnu familja ukoll. Hawnhekk semma boroż ta’ studju mgħotija mill-gvernijiet li jistgħu jindirizzaw dawn il-ħtiġijiet. 

Żied jgħid li il-pajjiż għandu bżonn dottorati f’oqsma varji. Il-Professur Vella qal li fl-ewwel senat ħabbar il-policy tal-‘prior learning and alternative access to University’. Qal li din għandha tagħmilha aktar faċli li studenti maturi jilħqu l-miri tagħhom meta jidħlu l-Unversità.