Futbol Sport

L-eks plejer ta’ Juventus u Franza David Trezeguet se jżur Malta dan ix-xahar

Is-Super Leġġenda David Trezeguet, l-iktar  scorer prolifiku barrani fl-istorja twila tal-Juventus, se jkun f’Malta bejn il-11 u t-13 ta’ Mejju fuq stedina tal-Juventus Club Vero Amore.

Din iż-żjara kienet konfermata ftit tal-ħin ilu mill-President tal-Juventus Club Vero Amore, Joseph Fenech u kien għalhekk David Trezeguet se jiġi u jżur il-club u jiltaqa mal-membri tal-Juventus Club Vero Amore.

Dan l-avveniment se jkun miftuħ għall-membri kollha li huma msieħba mal-Club għal dan l-istaġun 2015/16, mingħajr l-ebda ħtiega li jkunu msieħba bilfors mal-iskema tad-DOC. Il-programm u d-dettalji se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.