Internazzjonali

L-ewwel każ taz-Zika fiċ-Ċina

Uffiċjali Ċiniżi kkonfermaw li fil-pajjiż kien hemm l-ewwel każ ta’ persuna infettata bil-virus taz-Zika – il-virus li qed jinfirex b’rata allarmanti fl-Amerikan Latina u qed jikkawża t-twelid ta’ trabi b’difetti fil-moħħ.
Il-virus instab f’raġel ta’ 34 sena minn Ganxian li reċentament kien mar fil-Veneżwela iżda uffiċjali qalu li ftit kien hemm possibbiltà li l-virus jinfirex fiz-zona minħabba t-temperaturi kesħin li jkun hemm.
Imma wieħed ma jistax jgħid l-istess f’Hong Kong fejn qed jittieħdu ħafna prekawzjonijiet. Dan peress li n-nemus li qed iġorr dan il-virus, dak tat-tip Aedes Albopictus, jgħix f’Hong Kong. Ir-raġel infettat għadda mill-ajruport ta’ din l-eks kolonja Ingliża fi triqtu lura lejn id-dar tiegħu imma uffiċjali f’Hong Kong qalu li s’issa ma jirriżulta li m’hemm ebda każ ta’ infezzjoni f’dan it-territorju.
Il-virus taz-Zika qed jinfirex b’rata allarmanti fl-Amerika Latin bil-Brażil ikun il-pajjiż effettwat l-agħar. Il-virus, li għaliħ m’hemm ebda tilqim, s’issa qed jeffettwa l-aktar lin-nisa tqal imma meta wieħed ikun infettat, ma jkun hemm ebda sintomi partikulari li juru dan.