Lokali

L-FKNK isellem lill-eks President tagħha

Fi stqarrija l-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) Joe Perici Calascione sellem il-memorja ta’ Victor Vella, eks President tal-FKNK li miet nhar il-Ħamis li għadda.

Perici Calascione qal li Vella kien strumentali sabiex sar il-ftehiem bejn l-FKNK u l-gvern biex l-artijiet tal-Limiti tal-Mellieħa u fil-Miżieb jiġu amministrati mill-istess FKNK bħala Riżervi tal-Kaċċa u l-Insib.

“Victor kien nassab u kont tinduna bil-passjoni tiegħu kull darba li kont tkellmu. Ħadem għal diversi setturi anki għad-dilettanti tal-fniek sabiex dawn ukoll ikollhom mezz għall-iżvog tad-delizzju tagħhom” kompla jgħid Perici Calascione.

Huwa wassal il-kondoljanzi tiegħu tal-FKNK lil familja ta’ Vella filwaqt li wiegħed li Vella kien ser jibqa fit-talb tal-kaċċaturi.