Ambjent Lokali

L-FKNK takkuża lil Birdlife Malta b’estremiżmu

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) fi stqarrija qalet li wara t-telfa li soffriet l-għaqda Birdlife Malta fil-qorti f’libell li dawn għamlu kontra l-FKNK issa huwa ċar li l-għaqda Birdlife Malta teżisti biex teqred l-kaċċa u l-insib kollha għaliex din l-għaqda ma’ tistgħax taċċetta dawn il-prattiċi tradizzjonali.

L-FKNK qalet li sa ftit ilu l-Kap Eżekuttiv tal-Birdlife Malta kien jgħid li l-għaqda ma’ taċċettax biss il-kaċċa fir-rebbiegħa iżda l-estremiżmu tal-Birdlife Malta wassal sabiex issa waqat l-maskra. Din hija attitudni, skond l-FKNK, li ma’ tawgurax tajjeb għal xi tip ta’ rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ għaqdiet.

L-FKNk qalet li tispera li kemm il-politiċi kif ukoll il-pubbliku jibtebħu minn huma l-estremisti u min irid il-konfront.