Internazzjonali

L-Ice Bucket Challenge tħalli l-frott

L-Ice Bucket Challenge, li kienet spiċċat moda fis-Sajf tal-2014, irnexxielha tiffinanzja s-sejba ta’ gene importanti li tikkawża dik magħrufa bħala amyotrophic lateral sclerosis jew ALS.
Dan tħabbar mill-ALS Association fl-Istati Uniti li qalet li xjentisti kienu identifikaw gene ġdida magħrufa bħala NEK1.
Permezz tal-Ice Bucket Challenge inġabru 115 miljun dollaru min-nies li waddbu l-ilma kiesaħ u bis-silġ fuqhom u poġġew il-filmat fuq il-midja soċjali. Din kienet qanqlet kritika kbira għaliex ħafna, partikularment xi nies kienu qed jagħmluha biss biex jidħru u li qatt ma bagħtu l-flus li suppost, madankollu dan wassal biex ikunu finanzjati sitt proġetti.